Il-ktieb ġie ppreżentat fil-pubbliku għall-ewwel darba waqt lejla ta' poeżija u mużika li saret nhar it-18 ta' Frar, 1999, f'Sala Francis Ebejer ta' l-Università ta' Malta. |
|||
|
|
|||
|
’
It-Trumbettier ta’ Adrian Grima
Fil-preżenza ta’ l-Eċċellenza Tiegħu, Dr. Ugo Mifsud Bonnici, President ta’ Malta
It-18 ta’ Frar, 1999 Sala Francis Ebejer, 7.00p.m
Bil-kollaborazzjoni ta’ l-Uffiċċju għall-Iżvilupp tal-Kampus
Trumbetti, Spekulazzjonijiet, u Nbejjed Dan il-ktieb ili biex nippubblikah is-snin. Il-poeżiji li hemm miġburin fih ktibthom bejn l-1989 u l-1995; it-traduzzjonijiet u t-tpinġijiet domna naħdmu fuqhom madwar sena; it-tfassil tal-ktieb innifsu ħadilna ħafna żmien ukoll għax l-għodda li ħdimna biha tgħallimna nużawha aħna u nħaddmuha. Iżda s-snin gerbu minn fuq dan il-ktieb għax fid-dinja tal-pubblikazzjoni hemm nies li jagħtuk kelma u ma jżommuhiex; hemm nies li jgħidulek li huma interessati fil-manuskritt imma ma jgħidulekx li l-interess tagħhom hu li jibqa’ manuskritt. Hemm nies li meta ċċemplilhom biex tistaqsihom humiex se jippubblikawh iħalluk tistenna jew jgħidulek biex iċċempel darb’ oħra, u mbagħad darb’oħra, u mbagħad darb’oħra, sakemm tixba’. Ħafna drabi ħadt l-impressjoni li d-deċiżjoni kienu ħaduha dak il-ħin stess li semmejtilhom il-poeżiji, imma ma kellhomx il-ħila jgħidu le mill-ewwel. Din ma nifhimhiex: nissuspetta li jkunu jridu jikkapparraw it-test għax jibżgħu, f’xi rokna mwarrba tal-moħħ essenzjali tagħhom, li jippubblikah xi ħadd mill-kompetituri u jagħmel balla liri. Naturalment dawn huma beżgħat għal kollox irrazzjonali, imma l-moħħ ta’ dawn l-ispekulaturi tal-kliem ma nifhmux. Forsi mhemmx x’tifhem. Kien hemm ukoll min qalli le mill-ewwel, ftit; illum huma l-iktar nies li nirrispetta f’dak iċ-ċirku dejjaq fejn jitħarrku tant iġsma bla sinsla. Min-naħa l-oħra kien hemm min qalli li t-trumbetta kien se jdoqqha hu, spejjeż tiegħu, u għamilt seba’ xhur nistenna l-leħen oħxon tal-mużika ġo widnejja. Imbagħad irrealizzajt li mhux kull min jgħidlek li jrid idoqq it-trumbetta jrid, jew kapaċi, idoqqha. Tiskanta kemm hawn min jagħmel trumbetti. Ma naħsibx li qed ngħid dan kollu biex nipprova niġġustifika l-fatt li qed nippubblika l-ktieb jien. Fl-aħħar mill-aħħar, mhux il-pubblikaturi jiddeċiedu fuq il-kwalità tal-kotba, imma l-qarrejja. Jien qed nirrakkonta din l-istorja l-ewwelnett biex inkun qlajtha minn fuq l-istonku, u t-tieni nett biex nikkritika lil min jinnegozja fil-kliem imma mhux kapaċi jżomm imqar kelma. It-titlu ta’ spekulaturi joqgħod aktar, għax wara kollox, ma jixtrux biex iżommu imma biex jerġgħu jbigħu. Dan il-ktieb ili biex nippubblikah is-snin u issa fl-aħħar ħareġ. Jgħidu li l-inbid ġenwin, biż-żmien, jitjieb, imma jgħidu wkoll li l-inbid il-ħażin, biż-żmien isir ħall. Nittama li x’ħin tiftħu It-Trumbettier u dduquh ma toqogħdux kwieti sakemm tixorbuh kollu. U mbagħad nittama li wara jibqa’, għal ħafna żmien, ma jħallikomx kwieti. Adrian Grima 3.2.99 L-idea li It-Trumbettier jiġi ppreżentat f’lejla ta’ qari u mużika hi mnebbħa mill-ħsieb li meta l-poeżija tissakkar ġol-ħabs pulit tal-kotba tkun qiegħda tiċħad ir-rabtiet tagħha ma’ forom oħra ta’ l-arti u ssaħħaħ il-fehma ta’ min jaraha, kultant bir-raġun, bħala irrelevanti. Il-Kliem It-Trumbettier huwa ddedikat lil Sandro Caruana (21.8.68 – 26.3.94). Iltqajt ma’ Sandro l-ewwel darba meta sibt ruħi fil-klassi tiegħu fil-primarja. Kellna xi ħames snin. Matul is-snin sirna ħbieb kbar. Sandro kellu ħafna ħbieb, u dan bdejt nintebaħ bih meta kien tard wisq biex nistaqsih x’kien li ġiegħlu jinseġ tant rabtiet. Kellu enerġija ġewwiena li għadni sa llum ma nafx minn fejn ġiet u x’kienet qiegħda ssawwar ġewwa fih. Uħud mill-poeżiji li jidhru f’It-Trumbettier jippruvaw jagħmlu tajjeb għall-ħin li stajt qattajt miegħu u ma qattajtux, għad-drabi li fittixni u ma sabnix. Dan il-ktieb huwa ddedikat lilu, imma huwa ddedikat ukoll lil ħafna nies li kien iħobb hu. Xi mkien, nittama, hemm ftit mill-ispirtu sensittiv imma bla kwiet tiegħu. It-Trumbettier huwa wkoll tentattiv biex inżomm kuntatt ma’ ħabib tal-qalb li għaraf il-ħtieġa ġewwenija tiegħu li jgħix, aktar milli jgħid, il-kliem. Adrian Grima It-13 ta’ Frar, 1999
|
|||
|
|
|||
|
|
|||
|
|
|||
|
Uħud mill-poeżiji bil-Malti |
|||
|
ILLEJLA, JEKK TRID ... |
|||
|
IT-TRUMBETTIER |
|||
|
L-IMĦABBA BħAL MURTAL |
|||
|
ID-DUBJU FATALI |
|||
|
AĦNA LI NĊAFĊFU SAQAJNA |
|||
|
IL-ĠARR
TAL-PIŻIJIET
Għaddew ftit ġranet sewwa |
|||
|
|
|||
|
TONIGHT, PERHAPS |
|||
|
THE TRUMPETER |
|||
|
LOVE IS LIKE A PETARD |
|||
|
THE FATAL DOUBT |
|||