Korsijiet Universitarji dwar il-Metafora

 

 

MAL 2098

Il-Metafora (I): Introduzzjoni Ġenerali

 

L-għan ewlieni ta' dan il-kors hu li jistħarreġ it-tifsira u l-funzjoni tal-metafora. Wieħed mill-elementi ewlenin fil-kors huwa l-istħarriġ tad-distinzjoni li jagħmlu għadd ta' kritiċi bejn il-metafora u l-lingwa hekk imsejħa letterali. Filwaqt li jirreferi għall-pożizzjonijiet tradizzjonali, l-aktar dik ta’ Aristotli, il-kors jiffoka fuq l-interpretazzjonijiet ġodda tal-metafora li ngħataw f'dawn l-aħħar snin u jipprova jispjega għaliex il-metafora sabet tant xorti fi żmienna. Il-kors jiffoka wkoll fuq il-funzjoni retorika, mimetika u soċjali tal-metafora. Matul il-kors jingħataw eżempji mil-lingwa u l-letteratura Maltija.

 

Fl-aħħar tal-kors isir test ta’ siegħa li fih l-istudenti jridu jwieġbu mistoqsija waħda u juru li qraw testi ewlenin dwar il-metafora. Għal biblijografija introduttiva, agħfas hawnhekk.

 

Adrian Grima

Frar 2005

 

Ara l-karta tal-eżami li tajt f'Mejju tal-2008 għal dan il-kors.

 

 
 

MAL 3098

Il-Metafora (II): Testi Mistħarrġa

 

L-għan ta' dan il-kors hu li l-istudenti jkollhom l-opportunità li jistħarrġu l-użu tal-metafora f'testi differenti. Filwaqt li l-enfasi se tkun fuq testi letterarji ta’ ġeneri differenti mill-perijodi kollha tal-letteratura Maltija, se ssir analiżi wkoll, fost l-oħrajn, ta' taħdit mil-lingwa ta' kuljum, diskors politiku u diskors ekonomiku.  Matul il-kors, il-metafori se jiġu analizzati minn perspettivi differenti, perspettivi mnebbħin, fost l-oħrajn, minn xogħlijiet bħal Culture and Imperialism (1993) ta' Edward Said, The Journey is Home (1985) ta' Nelle Morton, Travel as Metaphor: From Montaigne to Rousseau (1992) ta' Georges Van Den Abbeele, Nations Without Nationalism (1993) ta' Julia Kristeva u Literature and Feminism (1993) ta' Pam Morris.

  

Fl-aħħar tal-kors isir test ta’ siegħa li fih l-istudenti jridu jwieġbu mistoqsija waħda u juru li qraw testi ewlenin dwar il-metafora. Għal biblijografija introduttiva, agħfas hawnhekk.

 

Biex jagħmlu dan il-kors, l-istudenti jridu jkunu għamlu "Il-Metafora (I): Introduzzjoni Ġenerali."

 

Adrian Grima

Frar 2005

 

 

Għal biblijografija introduttiva dwar il-metafora agħfas hawnhekk.